Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ April 2019 – BONVER WIN, a.s. vs Ministerstvo financí

(Kawża C-311/19)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BONVER WIN, a.s.

Konvenut: Ministerstvo financí

Domandi preliminari

L-Artikoli 56 et seq tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal leġiżlazzjoni nazzjonali (digriet komunali ta’ applikazzjoni ġenerali) li tipprojbixxi f’parti minn komun servizz determinat, minħabba biss li parti mill-klijenti tal-fornitur ta’ servizzi kkonċernati minn din il-leġiżlazzjoni tista’ toriġina jew toriġina minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?

Fil-każ ta’ risposta pożittiva, għall-finijiet tal-applikabbiltà tal-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa suffiċjenti li tiġi invokata l-eventwali preżenza ta’ klijenti minn Stat Membru ieħor jew il-fornitur ta’ servizzi huwa obbligat li jipprova r-realtà tal-provvista ta’ servizzi lil klijenti li joriġinaw minn Stati Membri oħrajn?

Għandu effett, b’xi mod, għar-risposta għall-ewwel domanda magħmula:

li r-restrizzjoni potenzjali għall-provvista libera tas-servizzi tkun kunsiderevolment limitata, u dan, kemm fuq il-livell ġeografiku kif ukoll fuq il-livell materjali (l-eventwali applikabbiltà tal-eċċezzjoni de minimis);

li ma jidhirx ċar li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tirregola b’mod differenti, fid-dritt jew fil-fatt, is-sitwazzjoni tal-operaturi li jipprovdu servizzi b’mod ewlieni liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, u dik tal-operaturi li jimmiraw lill-klijenti nazzjonali, min-naħa l-oħra?

____________