Language of document : ECLI:EU:T:2019:329


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal14 ta’ Mejju 2019 –
Moreira vs EUIPO – Da Silva Santos Júnior (NEYMAR)

(Kawża T-795/17)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NEYMAR – Dikjarazzjoni ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità –Applikant in mala fide meta ressaq l-applikazzjoni għal trade mark – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti eżistenti fil-mument tat-tressiq tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Intenzjoni tal-applikant – Oriġini tas-sinjal ikkontestat – Loġika kummerċjali li fuqha hija bbażata r-reġistrazzjoni tas-sinjal ikkontestat bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea – Kronoloġija tal-avvenimenti li kkaratterizzaw it-tressiq tal-applikazzjoni għal trade mark

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b))

(ara l-punti 16, 18-24, 49)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant in mala fide meta ressaq l-applikazzjoni għal trade mark – Trade mark verbali NEYMAR

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b))

(ara l-punti 43-47, 51-57)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas‑6 ta’ Settembru 2017 (Każ R 80/2017‑2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn N. Da Silva Santos Júnior u C. Moreira.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carlos Moreira huwa kkundannat għall-ispejjeż.