Language of document : ECLI:EU:C:2019:434


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2019 – BI vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-99/19 P)

“Appell – Talba għal għajnuna legali – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mhux appellabbli – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”

Appell – Suġġett tat-tilwima – Annullament ta’ digriet li ċaħad it-talba tar-rikorrent sabiex jiġi aċċettat għall-benefiċċju tal-għajnuna legali – Deċiżjoni mhux appellabbli – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

(Artikolu 256(1) TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 53(2); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 148(8))

(ara l-punti 5 sa 7)

Dispożittiv

1)

L-appell ta’ BI huwa miċħud għal nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

2)

BI hija kkundannata għall-ispejjeż.