Language of document : ECLI:EU:C:2019:439


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Mejju 2019 – Cuervo y Sobrinos 1882 vs EUIPO

(Kawża C780/18 P)

“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali Cuervo y Sobrinos LA HABANA 1882 – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(1)(b) – Evalwazzjoni tax-xebh bejn is-sinjali kunfliġġenti mill-Qorti Ġenerali – Analiżi ta’ natura fattwali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

1.      Appell – Aggravji – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Evalwazzjonijiet rigward ix-xebh bejn it-trade marks ikkonċernati

(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punti 5, 7)

2.      Appell – Aggravji – Żball ta’ liġi – Ommissjoni ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Ammissibbiltà

(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punti 5, 7)

3.      Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 117)

(ara l-punti 5, 7)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2)

Cuervo y Sobrinos 1882 SL għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.