Language of document : ECLI:EU:C:2019:525


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 – FCA US vs EUIPO

(Kawża C-795/18 P)

“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Dikjarazzjoni parzjali ta’ invalidità – Trade mark verbali VIPER – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VIPER – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju – Annullament – Kundizzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

(aral-punt 5)

2.      Appell – Aggravji – Kontestazzjoni tad-deċiżjoni appellata quddiem il-Qorti Ġenerali u mhux tas-sentenza mogħtija minn din tal-aħħar – Inammissibbiltà

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58, l-ewwel paragrafu)

(ara l-punt 5)

3.      Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Inammissibbiltà manifesta

[Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58, l-ewwel paragrafu; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168(1)(d), u 169(2)]

(ara l-punt 5)

4.      Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58, l-ewwel paragrafu)

(ara l-punt 5)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibbli u, parzjalment, bħala manifestament infondat.

2)

FCA US LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha.