Language of document : ECLI:EU:C:2019:488


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 – Saga Furs vs EUIPO

(Kawża C805/18 P)

“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SAGA – Rikors quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ppreżentat minn ‘konsulent legali’ (licensed legal counsel) – Inammissibbiltà manifesta – Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Assenza ta’ rappreżentanza minn avukat – Appell manifestament infondat”

Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Firma minn avukat – Rikors iffirmat minn avukat li ma huwiex awtorizzat jidher quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat li huwa parti fil-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea – Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 19)

(ara l-punt 5)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Saga Furs Oyj għandha tbati l-ispejjeż tagħha.