Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de prud’hommes de Metz (Franza) fit-18 ta’ Ġunju 2019 – Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle vs Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle

(Kawża C-463/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil de prud’hommes de Metz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle

Konvenuta: Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle

Parti oħra: Mission nationale de contrôle et d’audit des organismes de sécurité sociale

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2006/54/KE 1 moqrija fid-dawl tal-Artikoli 8 u 157 TFUE, tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni tat-trattament ugwali u tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u tal-Artikoli 20, 21(1) u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, għandha tiġi interpretata fis-sens li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali tagħha, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 46 tal-Ftehim Kollettiv Nazzjonali Franċiż tal-Korpi tas-Sigurtà Soċjali, li jirriżerva lill-impjegati nisa tal-imsemmija korpi li jrabbu lit-tfal tagħhom huma stess, leave ta’ tliet xhur b’nofs paga jew leave ta’ xahar u nofs b’paga sħiħa u leave mingħajr paga ta’ sena, wara l-leave tal-maternità?

____________

1     Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).