Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim (il-Polonja) fil-15 ta’ Mejju 2019 – Powiat Ostrowski vs Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny z siedzibą w Warszawie

(Kawża C-383/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Powiat Ostrowski

Konvenut: Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny z siedzibą w Warszawie

Domandi preliminari

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009, L 263, p. 11) 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili dwar il-moviment ta’ vetturi bil-mutur ikopri wkoll is-sitwazzjoni fejn awtorità lokali – id-distrett – akkwistat, skont deċiżjoni tal-qorti, il-proprjetà ta’ vettura li ma tistax tinstaq u li tinsab fuq art privata, jiġifieri parkeġġ mgħasses mhux fit-triq prinċipali pubblika, u li, minħabba d-deċiżjoni tad-detentur tagħha, hija ddestinata li tinqered?

Jew għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’tali ċirkustanzi, l-awtorità lokali, bħala l-proprjetarja tal-vettura, ma hijiex marbuta li jkollha assigurazzjoni tagħha, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà li għandu l-fond [ta’ garanzija] lejn terzi ppreġudikati?

____________

1     ĠU 2009, L 263, p. 11.