Language of document : ECLI:EU:C:2019:620


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni ta’ Appelli) tal-15 ta’ Lulju 2019 – Herrero Torres vs EUIPO

(Kawża C369/19 P)

“Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Amissjoni ta’ appelli – Artikolu 170b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba li ma turix l-importanza ta’ kwistjoni tad-dritt għall-unità, għall-koerenza u għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni tal-appell”

Appell – Skema ta’ ammissjoni minn qabel tal-appelli – Kwistjoni importanti għall-unità, għall-koerenza u għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Talba għall-ammissjoni li ma turix l-importanza tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170b)

(ara l-punti 8-11)

Dispożittiv

1)

L-appell ma huwiex ammissibbli.

2)

José-Ramón Herrero Torres għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.