Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Plovdiv (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Mejju 2019 – Proċeduri kriminali kontra OM

(Kawża C-393/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Apelativen sad – Plovdiv

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

OM

Domandi preliminari

L-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, sabiex ma jiġix kompromess bilanċ ġust bejn l-interess pubbliku u r-rekwiżit li jiġi protett id-dritt għall-proprjetà, dispożizzjoni legali nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 242(8) tan-Nakazatelen Kodeks (il-Kodiċi Kriminali) tar-Repubblika tal-Bulgarija, li tipprevedi l-konfiska favur l-Istat ta’ vettura użata għat-twettiq ta’ kontrabandu, liema vettura tkun il-proprjetà ta’ terz li la kien jaf, la kien imissu kien jaf u lanqas ma seta’ jkun jaf li l-impjegat tiegħu kien qiegħed iwettaq dan ir-reat?

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 242(8) tal-Kodiċi Kriminali tar-Repubblika tal-Bulgarija, li tippermetti l-konfiska ta’ vettura li tkun il-proprjetà ta’ terz li ma jkunx l-istess individwu li wettaq ir-reat, mingħajr ma huwa previst aċċess dirett għall-ġustizzja għal dan it-terz proprjetarju sabiex iressaq il-pożizzjoni tiegħu?

____________