Appell ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2019 minn José-Ramón Herrero Torres mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-8 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-326/18. – Herrero Torres vs EUIPO – DZ Licores (CARAJILLO LICOR 43 CUARENTA Y TRES)
(Kawża C-369/19 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: José-Ramón Herrero Torres (rappreżentanti: J. Donoso Romero, abogado)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u DZ Licores S.L.U.
Permezz ta’ digriet tal-15 ta’ Lulju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla għall-ammissjoni tal-appelli) iddeċidiet li ma tippermettix l-appell u kkundannat lil José-Ramón Herrero Torres għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.
____________