Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 – L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini vs Shire Pharmaceuticals Ireland Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-359/18 P) 1

(Appell – Regolament (KE) Nru 141/2000 – Prodotti mediċinali orfni – Artikolu 5 – Talba għad-denominazzjoni ta’ prodott mediċinali bħala “prodott mediċinali orfni” – Validazzjoni – Eżistenza ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq (ATS) preċedenti għall-istess prodott mediċinali)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: inizjalment S. Marino, S. Drosos, T. Jabłoński u A. Spina, aġenti, sussegwentement S. Marino, S. Drosos u T. Jabłoński, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Shire Pharmaceuticals Ireland Ltd (rappreżentanti: G. Castle, solicitor, D. Anderson, QC, M. Birdling, barrister, S. Cowlishaw, solicitor), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Petersen u A. Sipos, aġenti)

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Shire Pharmaceuticals Ireland Ltd.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 294, 20.08.2018.