Language of document :

Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2019 minn Iceland Foods Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-14 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-267/18 – Iceland Foods vs EUIPO - Íslandsstofa (INSPIRED BY ICELAND)

(Kawża C-162/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Iceland Foods Ltd (rappreżentanti: S. Malynicz QC, S. Baran, Barrister, J. Hertzog, C. Hill u J. Warner, Solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-5 ta’ Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) iddeċidiet li tiċħad l-appell bħala manifestament infondat u kkundannat lil Iceland Foods għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________