Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċizjoni preliminari ta’ Spetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra QR

(Kawża C-467/19 PPU) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva (UE) 2016/343 – Artikolu 7(4) – Tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali – Dritt li wieħed jibqa’ sieket u dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu – Ftehim milħuq bejn il-prosekutur u l-awtur tar-reat – Approvazzjoni ta’ tali ftehim mill-qorti – Kundizzjoni – Kunsens tal-persuni akkużati l-oħra – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Inapplikabbiltà)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

QR

fil-preżenza ta’ : Spetsializirana prokuratura, YM, ZK, HD

Dispożittiv

L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jirregolax il-kwistjoni jekk l-approvazzjoni, minn qorti, ta’ ftehim fuq l-applikazzjoni ta’ piena nnegozjata, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konkluż bejn persuna akkużata, minħabba l-appartenenza preżunta tagħha għal grupp kriminali, u l-prosekutur pubbliku, tista’ jew ma tistax tkun suġġetta għall-kundizzjoni li l-persuni akkużati l-oħra, minħabba li jappartjenu għal dan il-grupp kriminali, jagħtu l-kunsens tagħhom għall-konklużjoni ta’ dan il-ftehim.

____________

1     ĠU C 280, 19.08.2019.