Language of document :

Appell ippreżentat fl-10 ta’ April 2019 minn Etnia Dreams, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-823/17 – Etnia Dreams vs EUIPO – Poisson (Etnik)

(Kawża C-296/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Etnia Dreams, S.L. (rappreżentant: P. Gago Comes, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ Novembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell u kkundannat lil Etnia Dreams S.L. għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________