Language of document :

Appell ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2019 minn Hochmann Marketing GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-22 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-657/18, Hochmann Marketing GmbH vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-408/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Hochmann Marketing GmbH (rappreżentant: J. Jennings, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-31 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.

____________