Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Pontevedra (Spanja) fit-13 ta’ Novembru 2019 – D.A.T.A. et vs Ryanair D.A.C.

(Kawża C-827/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Pontevedra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: D.A.T.A., L.F.A., A.M.A.G., L.F.A., J.G.C., S.C.C., A.C.V., A.A.G., A.C.A., L.C.A., N.P.B. u P.C.A.

Konvenuta: Ryanair D.A.C.

Domandi preliminari

L-eżerċizzju tad-dritt ta’ strajk mill-persunal tat-trasportatur tal-ajru, organizzat minn sindakat sabiex jintalbu kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, – meta dan ma jkunx il-konsegwenza ta’ deċiżjoni minn qabel tal-persuna li timpjega, iżda jkun il-konsegwenza tat-talb[iet] tal-ħaddiema –, jista’ jitqies bħala “ċirkostanz[a] staordinarj[a]” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament 261/20[0]4 1 , jew għall-kuntrarju, dan huwa ċirkustanza inerenti għall-eżerċizzju tal-attività tat-trasportatur tal-ajru?

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ, it-trasportatur għandu l-obbligu jadotta miżuri legalment ammissibbli, inkluż meta l-eżerċizzju tad-dritt ta’ strajk ġie kkomunikat lilu b’osservanza tat-terminu ta’ avviż minn qabel legalment meħtieġ, bħal pereżempju li jiffaċilita titjiriet ma’ kumpanniji oħra mhux affettwati mill-istrajk?

Sabiex strajk tal-persunal tal-kabina tal-kumpannija tal-ajru jitqies bħala “ċirkostanz[a] staordinarj[a]” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament 261/20[0]4, il-mod li bih l-istrajk jiġi kkanċellat, b’mod partikolari meta dan jiġi kkanċellat b’riżultat ta’ konċessjonijiet reċiproki tal-partijiet f’kunflit, huwa rilevanti?

____________

1 Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).