Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija)) – Otis GmbH, Schindler Liegenschaftsverwaltung GmbH, Schindler Aufzüge und Fahrtreppen GmbH, Kone AG,Thyssenkrupp Aufzüge GmbH vs Land Oberösterreich et

(Kawża C-435/18) 1

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 101 TFUE – Kumpens għad-danni kkawżati minn akkordju – Dritt għal kumpens ta’ persuni li ma joperawx bħala fornitur jew bħala xerrej fis-suq ikkonċernat mill-akkordju – Danni subiti minn organu pubbliku li jkun ta self b’kundizzjonijiet vantaġġużi għall-akkwist ta’ beni li jkunu s-suġġett tal-akkordju”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Otis GmbH, Schindler Liegenschaftsverwaltung GmbH, Schindler Aufzüge und Fahrtreppen GmbH, Kone AG, Thyssenkrupp Aufzüge GmbH

Konvenuti: Land Oberösterreich, Gemeinnützige Wohnungsgenossenschaft „Lebensräume“ eingetragene GmbH, EBS Wohnungsgesellschaft mbH, WAG Wohnungsanlagen GmbH, WSG Gemeinnützige Wohn- und Siedlergemeinschaft reg.GmbH, Neue Heimat Oberösterreich Gemeinnützige Wohnungs- und SiedlungsgesmbH, BRW Gemeinnützige Wohnungs- und Siedlungsgenossenschaft „Baureform Wohnstätte“ eingetragene Gen.m.b.H., Gemeinnützige Wohnungs- und Siedlungsgenossenschaft „Familie“ eingetragene Gen.m.b.H., VLW Vereinigte Linzer Wohnungsgenossenschaften Gemeinnützige GmbH, Gemeinnützige Steyrer Wohn- und Siedlungs Genossenschaft „Styria“ reg.Gen.m.b.H., Innviertler Gemeinnützige Wohnungs- und Siedlungsgenossenschaft reg.Gen.m.b.H., Gemeinnützige Wohnungsgesellschaft der Stadt Steyr GmbH, Gemeinnützige Industrie-Wohnungsaktiengesellschaft, Gemeinnützige Siedlungsgesellschaft m.b.H. für den Bezirk Vöcklabruck, GEWOG Neues Heim Gemeinnützige Wohnungsgesellschaft m.b.H.

Dispożittiv

L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuni li ma joperawx bħala fornitur jew bħala xerrej fis-suq ikkonċernat minn akkordju, iżda li jkunu taw sussidji, fil-forma ta’ self bħala inċentiv, lil xerrejja ta’ prodotti offruti f’dan is-suq, jistgħu jitolbu l-kundanna tal-impriżi li jkunu pparteċipaw f’dan l-akkordju għall-kumpens tad-dannu li huma jkunu ġarrbu għar-raġuni li, peress li l-ammont ta’ dawn is-sussidji kien ogħla milli kien ikun fl-assenza tal-imsemmi akkordju, dawn il-persuni ma setgħux jużaw din id-differenza għal skopijiet oħra iktar ta’ lukru.

____________

1     ĠU C 352 tal-1.10.2018.