Language of document : ECLI:EU:C:2019:1149


 


 



Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Diċembru 2019 – Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il-Parlament

(Kawża C646/19 P(R))

“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Dritt istituzzjonali – Membri tal-Parlament Ewropew – Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b’vot dirett universali – Artikolu 12 – Verifika tal-kredenzjali – Deċiżjoni tal-Parlament li jieħu nota tal-lista ta’ kandidati eletti kkomunikata mill-awtoritajiet nazzjonali u li teskludi lir-rikorrenti minħabba n-nuqqas ta’ osservanza minn dawn tal-aħħar ta’ formalità imposta mid-dritt nazzjonali – Rikors għal annullament – Fumus boni juris”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali Artikolu 156(4))

(ara l-punt 51)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Rikors kontra deċiżjoni tal-Parlament li jieħu nota tal-lista ta’ kandidati eletti fil-Parlament ikkomunikata mill-awtoritajiet nazzjonali u li teskludi ċerti kandidati – Motiv li jirrigwarda l-evalwazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ “riżultat iddikjarat uffiċjalment” fis-sens tal-Att tal-1976 – Motiv li prima facie ma huwiex infondat

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri b’suffraġju universali dirett, Artikolu 12)

(ara l-punti 52, 60, 64, 75 sa 78)

3.      Il-Parlament Ewropew – Verifika tal-kredenzjali tal-membri – Limiti – Eżerċizzju li jikkonsisti fit-teħid ta’ nota tar-riżultat iddikjarat uffiċjalment mill-Istati Membri – Assenza ta’ kompetenza tal-Parlament sabiex jiddeċiedi dwar il-legalità tal-proċeduri elettorali nazzjonali

(Artikolu 267 TFUE; Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rapreżentanti għall-Parlament Ewropew b’vot dirett universali, Artikolu 12)

(ara l-punt 62)

4.      Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tad-dritt nazzjonali – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punt 67)

5.      Appell – Aggravji – Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell – Inammissibbiltà

(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punt 70)

6.      Il-Parlament Ewropew – Elezzjonijiet – Kompetenzi tal-Istati Membri – Proċedura elettorali u proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati elettorali

(Artikolu 14(3) TUE; Artikolu 223(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 39; Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri b'suffraġju universali dirett, Artikoli 1, 8 u 12)

(ara l-punti 73, 74)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta’ Lulju 2019, Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il-Parlament (T‑388/19 R, mhux ippubblikat, EU:T:2019:467), huwa annullat.

2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.