Language of document : ECLI:EU:C:2020:187


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Marzu 2020 – SATA International

(Kawża C766/19) (1)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà manifesta – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 5(3) – Kumpens lill-passiġġiera fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ tħassir jew ta’ dewmien twil ta’ titjira – Portata – Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens – Kunċett ta’ ‘ċirkustanzi straordinarji’ – Ħsara mxerrda tas-sistema ta’ riforniment ta’ karburant ta’ ajruport”

Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv u dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari – Domandi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Inammissibbiltà manifesta

(Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura, Artikoli 53(2) u 94)

(ara l-punti 14 sa 23, u d-dispożittiv)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores (il-Qorti Distrettwali tal-Açores, il-Portguall), permezz tad-deċiżjoni tat-8 ta’ Lulju 2019, hija manifestament inammissibbli.


1 ĠU C 19, 20.1.2020.