Language of document : ECLI:EU:C:2020:215


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad19 ta’ Marzu 2020 – Boé Aquitaine

(Kawża C838/19)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 53(2) u 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kompetizzjoni – Artikolu 101 TFUE – Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari – Inammissibbiltà manifesta”

Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv – Portata tal-obbligu fil-qasam tal-kompetizzjoni – Insuffiċjenza ta’ informazzjoni dwar l-imsemmi kuntest – Assenza ta’ indikazzjonijiet dwar l-applikabbiltà għal sitwazzjoni interna ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li saret applikabbli permezz tad-dritt nazzjonali – Inammissibbiltà manifesta

(Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94)

(ara l-punti 13 sa 27)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de commerce de Bordeaux (il-Qorti Kummerċjali ta’ Bordeaux, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tat‑22 ta’ Marzu 2019, hija manifestament inammissibbli.