Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Ilfov – ir-Rumanija) - NL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

(Kawża C-679/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kontroll tal-flus kontanti li jidħlu jew joħorġu mill-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1889/2005 — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikoli 63 u 65 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Ġarr ta’ somom kbar ta’ flus kontanti li jidħlu jew joħorġu mit-territorju ta’ Stat Membru — Obbligu ta’ dikjarazzjoni — Sanzjonijiet – Multa u konfiska favur l-Istat tas-somma mhux iddikkjarata li teċċedi EUR 10 000 — Proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Ilfov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NL

Konvenut: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti

Dispożittiv

L-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, sabiex jiġi ssanzjonat in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li somom kbar ta’ flus kontanti li jidħlu jew li joħorġu mit-territorju ta’ dan l-Istat jiġu ddikkjarati tipprevedi, flimkien mal-impożizzjoni ta’ multa amministrattiva, il-konfiska favur l-Istat tas-somma mhux iddikkjarata li teċċedi EUR 10 000.

____________

1     ĠU C 423, 17.12.2019.