Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvija) fis-27 ta’ Diċembru 2019 – SIA “ONDO” vs Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

(Kawża C-943/19)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza u l-appellanti fl-appell: SIA “ONDO”

Appellat fl-appell: Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

Domandi preliminari

Il-kunċett ta’ “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” li jinstab fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE 1 , huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni?

F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża, il-kunċett ta’ “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” li jinstab fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, jinkludi l-ispejjeż ta’ estensjoni tal-kreditu, meta l-kundizzjonijiet ta’ estensjoni tal-kreditu jiffurmaw parti mill-klawżoli u mill-kundizzjonijiet miftiehma bejn il-kreditur u min jissellef fil-kuntratt ta’ kreditu?

____________

1 ĠU 2008, L 133, p. 66.