Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Jannar 2020 – UAB “P” vs Dyrektor Izby Skarbowej w Białymstoku

(Kawża C-48/20)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “P”

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Białymstoku

Domanda preliminari

L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 flimkien mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 108(1) tal-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-Taxxa fuq Prodotti u Servizzi 2 għall-fatturi b’indikazzjoni inkorretta ta’ VAT maħruġa mill-persuna taxxabbli li tkun aġixxiet in bona fide, jekk:

–    l-aġir tal-persuna taxxabbli ma kellux rabta ma’ frodi fiskali iżda rriżulta minn interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tal-liġi mill-partijiet li ħadu sehem fit-tranżazzjoni, ibbażata fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet tat-taxxa u fuq il-prassi normali f’dan ir-rigward fil-mument tat-twettiq tat-tranżazzjoni, li kienet tassumi b’mod żbaljat li l-persuna li toħroġ il-fattura twettaq provvista ta’ prodotti, filwaqt li effettivament tipprovdi servizz ta’ intermedjazzjoni finanzjarja eżenti mill-VAT u

–    il-persuna li tirċievi l-fattura b’indikazzjoni inkorretta ta’ VAT ikollha dritt titlob ir-rimbors tagħha meta l-persuna taxxabbli li effettivament tipprovdilha l-prodotti tiffattura t-tranżazzjoni korrettament?

____________

1 ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 335, p. 60, u fil-ĠU 2018, L 329, p. 53.

2 Dz. U. tal-2011, Nru 177, intestatura 1054, kif emendata.