Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Novembru 2019 – SC Panavitrans SRL vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Cluj

(Kawża C-828/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Panavitrans SRL

Konvenuti: Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Cluj, Administrația Fondului pentru Mediu

Domanda preliminari

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, għar-rimbors ta’ taxxa li fir-rigward tagħha ġie stabbilit li tmur kontra d-dritt [tal-Unjoni], tistabbilixxi terminu ta’ dekadenza iqsar mit-terminu ta’ preskrizzjoni ġenerali fid-dritt nazzjonali għal kwistjonijiet ta’ krediti fiskali?

____________