Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-24 ta’ Frar 2020 – Ordine Nazionale Biologi, MX, NY, OZ vs Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-96/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ordine Nazionale Biologi, MX, NY, OZ

Konvenuta: Presidenza del Consiglio dei Ministri

Domandi preliminari

L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2002/98/KE li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta jsemmi l-pussess ta’ titolu akkademiku “fil-qasam tax-xjenza medika jew bijoloġika” fost il-kundizzjonijiet minimi ta’ kwalifika meħtieġa sabiex tkun tista’ taċċedi għall-funzjoni ta’ persuna responsabbli għal ċentru tad-demm, dan jagħti direttament lil gradwati fiż-żewġ dixxiplini d-dritt li jeżerċitaw il-funzjoni ta’ persuna responsabbli għal ċentru tad-demm?

Konsegwentement, id-dritt tal-Unjoni jippermetti li d-dritt nazzjonali jeskludi li l-imsemmija funzjoni ta’ persuna responsabbli għal ċentru tad-demm tista’ tiġi eżerċitata minn gradwati fix-xjenzi bijoloġiċi jew jipprekludi din l-esklużjoni?

____________

1     Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 346).