Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gericht Erster Instanz Eupen (il-Belġju) fil-15 ta’ Ottubru 2019 – ES vs Wallonische Region

(Kawża C-757/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Gericht Erster Instanz Eupen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ES

Konvenut: Wallonische Region

Permezz ta’ digriet tat-28 ta‘ Mejju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li resident ta’ dan l-Istat Membru jista’ jinvoka deroga mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi, fl-imsemmi Stat Membru, fir-rigward ta’ vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor u mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mill-kumpannija li tagħha huwa azzjonist u direttur u li hija stabbilita f’dan l-Istat Membru l-ieħor, fil-każ biss li d-dokumenti li jiċċertifikaw li l-individwu kkonċernat jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-deroga jkunu jinsabu b’mod permanenti abbord din il-vettura.

____________