Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fit-31 ta’ Ottubru 2019 – TN vs WWK Lebensversicherung auf Gegenseitigkeit, VP

(Kawża C-803/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TN

Konvenuta: WWK Lebensversicherung auf Gegenseitigkeit, VP

Parti oħra fil-proċedura: UO

B’digriet tat-28 ta’ Mejju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) iddeċidiet kif ġej:

L-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) ta’ din id-direttiva, u l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), moqri flimkien mal-Artikolu 186(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha, fil-każ ta’ rinunzja mid-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni, it-taxxa fuq il-primjums tal-assigurazzjoni, dovuta minn dan id-detentur, miġbura mill-impriża tal-assigurazzjoni u mħallsa minnha lill-Istat, tiġi eskluża mill-ammonti li din l-impriża għandha tħallas lura lill-imsemmi detentur, b’mod li dan tal-aħħar ikollu jitlob ir-rimbors ta’ din it-taxxa lill-amministrazzjoni fiskali jew, jekk ikun il-każ, jitlob id-danni lill-impriża tal-assigurazzjoni, sakemm il-modalitajiet proċedurali previsti mid-dritt applikabbli għall-kuntratt tal-assigurazzjoni sabiex jiġu rkuprati l-ammonti mħallsa fuq il-bażi tal-imsemmija taxxa ma jkunux ta’ natura li jippreġudikaw l-effettività tad-dritt ta’ rinunzja li d-dritt tal-Unjoni jagħti lid-detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

____________