Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fil-5 ta’ Ġunju 2020 – SIA Sātiņi-S vs Dabas aizsardzības pārvalde

(Kawża C-238/20)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA Sātiņi-S

Parti oħra fil-proċedura: Dabas aizsardzības pārvalde

Domandi preliminari

Id-dritt għal kumpens ġust minħabba limitazzjoni tad-dritt għall-proprjetà ggarantit mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jippermetti li l-kumpens mogħti minn Stat Membru għat-telf ikkawżat għall-akwakultura f’żona tan-network Natura 2000 għal għasafar protetti konformement mad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi 1 jkun sinjifikattivament inqas mit-telf realment imġarrab?

Il-kumpens mogħti minn Stat Membru għat-telf ikkawżat għall-akwakultura f’żona tan-network Natura 2000 għal għasafar protetti konformemet mad-Direttiva 2009/147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikoli 107 u 108 TFUE?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, il-limitu ta’ EUR 30 000 tal-għajnuna de minimis stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura 2 huwa applikabbli għal kumpens bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali?

____________

1 ĠU 2010, L 20, p. 7.

2 ĠU 2014, L 190, p. 45.