Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2020 minn Giorgio Armani SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża T-654/18 –Armani vs EUIPO
(Kawża C-240/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Giorgio Armani SpA (rappreżentanti: S. Martínez-Almeida u Alejos-Pita, abogados)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
B’ordni tat-30 ta’ Settembru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li ma tammettix l-appell u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha stess.
____________