Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Settembru 2020 – TR

(Kawża C-416/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent akkużat: TR

Parti oħra fil-proċedura: Generalstaatsanwaltschaft Hamburg

Domanda preliminari

Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-estradizzjoni għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ proċeduri kriminali kontra persuna kkundannata fil-kontumaċja minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn Stat Membru ieħor, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/343 1 , b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-legalità tal-estradizzjoni, b’mod partikolari fil-każ tal-hekk imsejħa “ħarba”, tiddependi mill-osservanza, mill-Istat li jagħmel it-talba, tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva?

____________

1     Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU 2016, L 65, p. 1).