Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – BASF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-472/19) 1

“Prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem – Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem li fihom esteri etiliċi ta’ aċidi tal-omega-3 – Tibdil tat-termini tal-awtorizzazzjoni – Artikolu 116, l-ewwel paragrafu tad-Direttiva 2001/83/KE – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BASF AS (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: E. Wright, barrister u H. Boland, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Haasbeek u A. Sipos, agenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4336 finali, tas-6 ta’ Ġunju 2019, dwar, fil-kuntest tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem li fihom esteri etiliċi ta’ aċidi tal-omega-3 għal użu orali għall-prevenzjoni konsekuttiva ta’ infart mijokardijaku.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

BASF AS hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 305, 9.9.2019.