Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Settembru 2020 – Flexi Montagetechnik GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Kiel

(Kawża C-427/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Flexi Montagetechnik GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt Kiel

Domanda preliminari

Il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, bħala kundizzjoni, skont id-dritt tal-Unjoni, tad-dritt għall-ħlas tal-interessi żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha, jirriżulta wkoll meta awtorità nazzjonali timponi dazji bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni validi u meta dan il-ksur ikun ikkonstatat minn qorti nazzjonali?

____________