Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Settembru 2020 – Acacia Srl vs Bayerische Motoren Werke Aktiengesellschaft

(Kawża C-421/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Acacia Srl

Appellata: Bayerische Motoren Werke Aktiengesellschaft

Domandi preliminari

Fil-każ ta’ ksur ta’ disinn Komunitarju, il-qorti nazzjonali li quddiemha jitqajjem il-ksur ta’ disinn u li għandha ġurisdizzjoni internazzjonali fuq il-bażi tal-locus commissi delicti fis-sens tal-Artikolu 82(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji 1 , tista’ tapplika l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tas-sede tagħha (il-lex fori) għat-talbiet konsegwenti li jikkonċernaw it-territorju ta’ dan l-Istat Membru?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: sabiex tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli għat-talbiet konsegwenti skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) 2 , il-“post tal-ksur inizjali”, fis-sens tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Settembru 2017, Nintendo 3 , jista’ dan ikun jinsab ukoll fl-Istat Membru fejn ikunu l-konsumaturi li lilhom ikun indirizzat reklamar online u fejn huma mqiegħda fis-suq oġġetti li jiksru d-drittijiet mogħtija mid-disinn Komunitarju fis-sens tal-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 6/2002 meta l-azzjoni mressqa f’dan l-Istat Membru tikkonċerna biss il-proposta għall-bejgħ u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti inkwistjoni, inkluż fil-każ li l-offerti fuq l-internet li joriġinaw mill-proposta għall-bejgħ u mit-tqegħid fis-suq kienu ġew ifformulati fi Stat Membru ieħor.

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142.

2 ĠU 2007, L 199, p. 40.

3 C-24/16 u C-25/16, EU:C:2017:724.