Language of document :

Appell ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2020 minn Kerry Luxembourg Sàrl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-29 ta’ April 2020 fil-Kawża T-109/19 – Kerry Luxembourg vs EUIPO

(Kawża C-305/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Kerry Luxembourg Sàrl (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tad-29 ta’ Ottubru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u li Kerry Luxembourg Sàrl għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________