Appell ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2020 minn Kerry Luxembourg Sàrl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-29 ta’ April 2020 fil-Kawża T-108/190, Kerry Luxembourg vs EUIPO
(Kawża C-304/20 P)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Kerry Luxembourg Sàrrl (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Permezz ta’ digriet tad-29 ta’ Ottubru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammissibbli u li Kerry Luxembourg Sàrl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________