Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Ġunju 2007 - Bauch vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-61/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Gerhard Bauch (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: W.Uhlmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Tordna lill-konvenuta timmodifika ċ-ċertifikat tagħha tat-12 ta' Marzu 2007, u jekk huwa possibbli, toħroġ ċertifikat ġdid fir-rigward tar-rikorrent, billi tindika li l-ammont mogħti lir-rikorrent ma jirrappreżentax għotja għat-tluq bħala kumpens għad-dritt għall-pensjoni u għalhekk la jirrappreżenta pensjoni u lanqas ekwivalenti għal din;

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent huwa impjegat mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej bħala uffiċjal temporanju. Fil-perijodu in kwistjoni huwa kien fuq leave bla ħlas bħala impjegat tal-Ministeru federali ta' l-Ekonomija. Il-Ministeru naqqas il-pensjoni tar-rikorrenti minħabba l-akkumulazzjoni ta' pensjoni ma pensjoni marbuta ma' trasferiment f'korp internazzjonali jew supranazzjonali, minħabba li l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kienet ħarġet ċertifikat dwar għotja ta' tluq bħala kumpens għad-dritt għall-pensjoni fil-rigward tar-rikorrent.

Ir-rikorrent jikkontesta l-iżball li biħ huwa vvizzjat dan iċ-ċertifikat tal-Kummissjoni safejn l-uffiċjali temporanji, minħabba l-perijodu qasir ta' xogħol, ma jakkwistaw l-ebda dritt għall-pensjoni (Artikoli 77 sa 84 tar-Regolamenti tal-Persunal), u għalhekk fir-rigward tar-rikorrent kienu mħallsa lura biss dawk il-kontribuzzjonijiet li kienu nżammewlu mill-paga bħala kontribuzzjonijiet għall-pensjoni..

____________