Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Lulju 2007 - Al-Aqsa vs Il-Kunsill

(Kawża T-327/03)1

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta' fondi - Rikors għal annullament - Motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stichting Al-Aqsa (Heerlen, l-Olanda) (rappreżentanti: V. Koppe u L. Janssen, avocats)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u S. Marquardt, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament parzjali, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/480/KE, tas-27 ta' Ġunju 2003, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/974/KE (ĠU L 160, p. 81) u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kunsill 2003/646/KE, tat-12 ta' Settembru 2003, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament 2580/2002 u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/480 (ĠU L 229, p.22).

Dispożittiv tas-sentenza

Id-deċiżjoni tal-Kunsill 2006/379/KE, tad-29 ta' Mejju 2006, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/974/KE, hija annullata safejn tirrigwarda Stichting Al-Aqsa.

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba intiża li jiġi ddikjarat illegali, skond l-Artikolu 241 KE, ir-Regolament Nru 2580/2001 tal-Kunsill, tas-27 ta' Diċembru 2001.

Il-Kunsill huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta' Stichting Al-Aqsa.

Ir-Renju ta' l-Olanda għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 289 29.11.2003.