Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l- 4 ta' Lulju 2007 - Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-475/04)1

(Għajnuna mill-Istat - Telefonija mobbli - Bdil fil-ħlasijiet dovuti minn Orange France u SFR għal-liċenzji UMTS - Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bouygues SA (Parigi, Franza) u Bouygues Télécom SA (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: L. Vogel, B. Amory, A. Verheyden, F. Sureau u D. Theophile, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.L. Buendia Sierra u c. Giolito, aġenti)

Partijiet intevenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti : G. de Bergues u S. Ramet, aġenti); Societe francaise du radiotelephone - SFR (Parigi, Franza) (rappreżentanti : C. Vajda, QC u A. Vincent, avukati) ; u Orange France SA (Montrouge, Franza) (rappreżentanti : A. Gosset-Grainville u S. Hautbourg, avukati)

Suġġett tal-Kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Lulju 2004 (Għajnuna mill-Istat NN 42/2004 - Franza), dwar bdil fil-ħlasijiet dovuti minn Orange u SFR għal-liċenzji UMTS (Universal Mobile Telecommunications System).

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

Bouygues SA et Bouygues Télécom SA huma ordnati jbatu solidalment, barra l-ispejjeż tagħhom, dawk tal-Kummissjoni kif ukoll ta' Orange France SA u tas-Société française du radiotéléphone - SFR.

Ir-Repubblika Franċiża hija ordnata tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 69 19.3.2005.