Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Ottubru 2008 - Cerafogli vs BĊE

(Kawża F-84/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Il-kundanna tal-BĊE għall-ħlas tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba diskriminazzjoni marbuta mal-attività sindakali tagħha.

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta' kumpens għad-danni materjali, korrispondenti għal, minn naħa waħda, id-differenza bejn is-salarju li rċeviet ir-rikorrenti u salarju tal-grad ("band") H, skala 54, mill-2004 sal-2007, jiġifieri 23 skala addizzjonali, u min-naħa l-oħra, għall-għoti ta' bonus ta' EUR 3 500 kull sena għas-snin 2001, 2002 u 2003;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tas-somma ta' EUR 157 000, jew sussidjarjament, għas-somma ta' EUR 45 000, bħala kumpens għad-danni morali;

jekk ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 li tiċħad it-talba għal stħarriġ amministrattiv u d-deċiżjoni tas-7 ta' Awwissu 2008 li tiċħad l-ilment, sa fejn dawn id-deċiżjonijiet jirrigwardaw dan ir-rikors;

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.

____________