Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2008 - Knöll vs Europol

(Kawża F-69/08)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Brigitte Knöll (Hochheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta' Ottubru 2007, li permezz tagħha l-Europol informa lir-rikorrenti li ma kellu ebda possibbiltà li joffrilha impjieg permanenti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta' Ottubru 2007, li permezz tagħha l-konvenut informa lir-rikorrenti li ma kellu ebda possibbiltà li joffrilha impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni tad-29 ta' April 2008 li tiċħad l-appell kontra l-ewwel deċiżjoni u d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li tikkonferma dik tal-4 ta' Ottubru 2007;

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.

____________