Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 - Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-77/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isabel Vicente Carbajosa (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-illegalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita l-pubblikazzjoni tal-avviżi tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 għal tliet lingwi u l-illegalità ta' dawn l-avviżi ta' kompetizzjoni u, bħala konsegwenza ta' dan, l-annullament tad-deċiżjonijiet individwali ta' EPSO li r-rikorrenti ma jiġux permessi jagħmlu l-eżamijiet ta' din il-kompetizzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata l-illegalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita l-pubblikazzjoni tal-avviżi tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 għal tliet lingwi u l-illegalità ta' dawn l-avviżi ta' kompetizzjoni;

tannulla d-deċiżjonijiet individwali tal-EPSO li r-rikorrenti ma jiġux permessi jagħmlu l-eżamijiet tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 rispettivament;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________