Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-22 ta' Awwissu 2008 - Car Trim GmbH vs KeySafety Systems SRL

(Kawża C-381/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Car Trim GmbH

Konvenuta: KeySafety Systems SRL

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali 1, għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratti dwar kunsinnja ta' oġġetti li jridu jiġu ffabbrikati jew prodotti għandhiex tiġi kkwalifikata bħala bejgħ ta' oġġetti (l-ewwel inċiż) u mhux ta' provvista ta' servizzi (it-tieni inċiż), anki meta x-xerrej fformula ċerti rikjesti dwar ix-xiri, it-trasformazzjoni u l-kunsinnja ta' dawn l-oġġetti, b'mod partikolari fir-rigward tal-garanzija tal-kwalità tal-iffabbrikar, l-affidabbiltà tal-kunsinnja u tmexxija amministrattiva tajba tal-ordni? Liema huma l-kriterji determinanti sabiex issir distinzjoni?

Jekk il-bejgħ ta' oġġetti kellu jiġi preżunt, il-post fejn, skont il-kuntratt, l-oġġetti kienu jew kellhom jiġu kkunsinnjati għandu jiġi ddeterminat, fuq il-bażi tal-post fejn ġew fiżikament ittrasferiti lix-xerrej, jew ta' dak fejn l-oġġetti ngħataw lill-ewwel trasportatur sabiex jiġu mgħoddija lix-xerrej?

____________

1 - ĠU 2001, L 12, p. 1.