Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta'Ġunju 2008 - Avogadri et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-58/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Chiara Avogadri (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, avocats)    

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta' ingaġġ tar-rikorrenti bħala aġenti kuntrattwali jew aġenti temporanji safejn it-tul taż-żmien tal-kuntratt tagħhom jew l-estenzjoni ta' dan huwa limitat għal żmien fiss.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta' ingaġġ tar-rikorrenti bħala aġenti kuntrattwali jew aġenti temporanji safejn it-tul taż-żmien tal-kuntratt tagħhom jew l-estenzjoni ta' dan huwa limitat għal żmien fiss.

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________