Rikors ippreżentat fis-17 ta' April 2009 - Knöll vs Europol
(Kawża F-44/09)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Brigitte Knöll (Hochheim am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)
Konvenuta: L-Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti bl-impossibbiltà li jiġi offrut lilha impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li permezz tagħha l-konvenut indika lir-rikorrenti li ma setgħax jipproponilha impjieg permanenti kif ukoll id-deċiżjoni mogħtija fuq ilment, fis-7 ta' Jannar 2009, li ddikjarat l-ilmenti tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 bħala infondati;
tikkundanna lil Europol għall-ispejjeż.
____________