Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' April 2009 - Esneau-Kappé vs Europol

(Kawża F-42/09)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Anne Esneau-Kappé (L-Aja, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis u D. Dane, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti li ma kienx possibbli li tiġi offruta impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2009 li tiċħad il-kontestazzjoni li saret kontra l-ewwel deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li permezz tagħha l-konvenut informa lir-rikorrenti li ma setax joffrilha impjieg permanenti kif ukoll id-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2009, mogħtija wara kontestazzjoni, u li tiddikjara l-ilmenti tar-rikorrenti fir-rigward tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 bħala infondati;

jikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.

____________