Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Awwissu 2009 - Simone Daake vs UASI

(Kawża F-72/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Simone Daake (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

L-annullament tad-deċiżjoni tal-UASI tat-12 ta' Settembru 2008, li tannulla l-kuntratt ta' impjieg tar-rikorrenti, kif ukoll il-ħlas tad-danni; allegat ksur tad-dispożizzjonijiet dwar impjieg għal żmien indefinit permezz ta' kuntratti suċċessivi għal żmien definit

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob,

l-annullament tad-dikjarazzjoni tal-UASI, fl-ittra tat-12 ta' Settembru 2008, li l-kuntratt ta' impjieg tagħha mal-UASI jiskadi fil-31 ta' Ottubru 2008,

l-annullament tad-deċiżjoni tal-UASI tas-6 ta' Mejju 2009, li permezz tagħha l-UASI ċaħad l-ilment tagħha tat-12 ta' Diċembru 2008 mressaq skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal,

il-kundanna tal-UASI għall-kumpens tad-dannu materjali, li jammonta għad-differenza bejn

minn naħa, ir-remunerazzjoni li effettivament irċeviet wara l-klassifikazzjoni formali tagħha bħala membru tal-persunal b'kuntratt skont l-Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg mill-1 ta' Novembru 2005 sal-31 ta' Ottubru 2008, kif ukoll il-benefiċċji għal qgħad imħallsa lilha mill-1 ta' Novembru 2008 sal-lum u,

min-naħa l-oħra, ir-remunerazzjoni li għaliha hija intitolata bħala membru tal-persunal temporanju skont l-Artikolu 2a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg bejn l-1 ta' Novembru 2005 u llum - jew, sussidjarjament, għall-inqas ir-remunerazzjoni li għaliha hija intitolata bħala membru tal-persunal temporanju skont l-Artikolu 2a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg bejn l-1 ta' Novembru 2005 u l-31 ta' Ottubru 2008, kif ukoll il-benefiċċji għal qgħad li għalihom hija intitolata wara li jsir il-kalkolu fuq il-bażi tar-remunerazzjoni li għaliha hija intitolata għax-xahar ta' Ottubru 2008 skont l-Artikolu 2a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg -

kif ukoll it-telf li ġie kkawżat minn dan fir-rigward tad-dritt tagħha għal pensjoni, kif ukoll danni, somom u privileġġi oħra, fid-dawl ta' promozzjoni adegwata li tieħu inkunsiderazzjoni l-prestazzjoni tagħha mill-1 ta' April 2008,

il-kundanna tal-UASI sabiex jagħmel tajjeb għad-dannu morali kkawżat lilha b'riżultat ta' diskriminazzjoni lejha meta mqabbla ma' impjegati oħra tal-UASI, u dan f'somma stabbilita skont id-diskrezzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku,

il-kundanna tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

____________