Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel de Paris (Franza) fl-10 ta' Novembru 2009 - Pierre Fabre Dermo-Cosmétique SAS vs Président de l'Autorité de la Concurrence, Ministre de l'Économie, de l'Industrie et de l'Emploi

(Kawża C-439/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d'appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pierre Fabre Dermo-Cosmétique SAS

Konvenuti: Président de l'Autorité de la Concurrence, Ministre de l'Économie, de l'Industrie et de l'Emploi

Domanda preliminari

Il-projbizzjoni ġenerali u assoluta li jinbiegħu prodotti kuntrattwali fuq l-Internet lill-utenti finali, li hija imposta fuq id-distributuri awtorizzati fil-qafas ta' netwerk ta' distribuzzjoni selettiva, tikkostitwixxi effettivament restrizzjoni serja bl-għan li tillimita l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE li mhijiex koperta mill-eżenzjoni ġenerali stabbilita mir-Regolament Nru 2790/19991, iżda li eventwalment tista' tibbenefika minn eżenzjoni individwali skont l-Artikolu 81(3) tat-Trattat KE?

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 279/1999, tat-22 ta' Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 364).