Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Marzu 2009 - B vs Il-Parlament

(Kawża F-26/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: B (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Il-kundanna tal-Parlament li jħallas lir-rikorrent is-somma ta' Eur 12 000 bħala kumpens għad-danni mġarrba, minn naħa, minħabba fastidju psikoloġiku u professjonali li tiegħu kien vittma u, min-naħa l-oħra, minħabba n-nuqqas ta' investigazzjoni amministrattiva interna minn korp indipendenti.

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-Parlament iħallas lir-rikorrent is-somma ta' Eur 12 000 bħala kumpens għad-danni (dannu morali, dannu għar-reputazzjoni politika u għall-karriera, dannu għad-dinjità u għas-saħħa) li huwa ġarrab, minn naħa, minħabba fastidju psikoloġiku u professjonali li tiegħu kien vittma matul il-perijodu tal-assenjazzjoni tiegħu fil-Parlament u, min-naħa l-oħra, minħabba n-nuqqas ta' investigazzjoni amministrattiva interna minn korp indipendenti.

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________