Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-18 ta' Ġunju 2009 - Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-422/08)1

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Prevenzjoni u rimedju għal danni ambjentali - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u B. Schöfer, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: E. Riedl, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, p. 56).

Dispożittiv

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 301, 22.11.2008